#20 Dar – Nikola Madžirov

remnantsJiena għext f’xifer il-belt
bħal fanal b’bozza
li qatt ma tinbidel minn ħadd.
L-għanqbut kien iġannat il-ħitan,
u l-għaraq kien iwaħħal idejna.
L-ors tat-tfulija kont naħbih
fil-ħofor ta’ sejjieħ imtella’ kif ġie ġie
biex niskansah mill-ħolm.

Lejl u nhar kont nagħti l-ħajja lill-għatba
jien u nirritorna bħal naħla
li dejjem tmur lura għall-fjura ta’ qabel.
Meta tlaqt mid-dar kien żmien il-paċi:

it-tuffieħa migduma ma kinitx swiedet,
fuq l-ittra kien hemm bolla b’dar qadima, mitluqa.

Ilni mindu twelidt inpassi lejn imkejjen siekta
b’baħħ wara baħħ jiggranfaw mal-pali ta’ saqajja
bħall-borra li ma tafx hijiex
tal-art jew tal-ajru.

traduzzjoni ta’ Antoine Cassar
ippubblikata bil-permess tal-awtur

Nikola Madžirov, poeta mill-Maċedonja, huwa wieħed mill-awturi mistednin għall-Malta Mediterranean Literature Festival, 29-31 t’Awwissu 2013

Ara wkoll is-saġġ letterarju tiegħu Home – a place to be left, ippubblikata fil-ħarġa 1 tal-gazzetta artistika Le monde n’est pas rond

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s