Stqarrija komuni

notinmyname

Stqarrija komuni tal-kittieba u membri oħra tal-komunità artistika Maltija

Bħala ċittadini, awturi u qabelxejn bnedmin, nixtiequ bl-aktar mod kategoriku, nuru d-diżapprovazzjoni tagħna għad-deċiżjoni, u mqar il-konsiderazzjoni, li ttieħdet mill-Gvern Malti li jibgħat lura r-refuġjati li daħlu f’Malta, azzjoni li kienet tpoġġi ħajjet dawn il-bnedmin f’periklu serju.

Inħossu li l-Gvern Malti, elett mill-poplu, mhux biss għandu s-setgħa, imma fuq kollox id-dmir morali, li jagħti l-protezzjoni lil dawn in-nies fost l-iktar imġarrba fostna.

B’dispjaċir ninnutaw li l-fatt li kienet il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li waqqfet dan l-att juri li Malta wriet nuqqas ta’ kompassjoni umana.

Nemmnu li ebda diskors dwar “l-interess nazzjonali” ma jista’ qatt jiġġustifika dan l-att, aktar u aktar meta dawn ir-rifuġjati kienu se jintbagħtu lura mingħajr ma jingħataw id-dritt sagrosant u salvagwardjat mill-proċeduri stabbiliti, li jressqu l-każ tagħhom.

Għaldaqstant, dejjem bħala ċittadini Maltin, qegħdin niddisassoċjaw irwieħna minn din id-deċiżjoni għax konvinti li essenzjalment tmur kontra d-dinjità umana.

Clare Azzopardi 384777M
Keith Azzopardi 291091M
Simon Bartolo 210568M
Gilbert Calleja 277378M
Glen Calleja 277478M
Antoine Cassar 593978M
Priscilla Cassar 500271M
Leanne Ellul 472289M
Annalise Falzon 460075M
Albert Gatt 45479M
Claudia Gauci 464576M
Simone Galea 300967M
Lou Ghirlando 492980M
Elizabeth Grech 337878M
Maria Grech Ganado 147343M
Adrian Grima 130668M
Tyron Grima 553076M
Simone Inguanez 543671M
Caldon Mercieca 269676M
Immanuel Mifsud 374467M
Nadja Mifsud 210876M
Walid Nabhan 0067310L
John Portelli 314054M
Kevin Saliba 180880M
Marco Scerri 316901L
Karl Schembri 433378M
Simone Spiteri 385083M
Alex Vella Gera 270773M
Loranne Vella 30672G
Mario Vella 143576M
Mark Vella 408874M

Maltese authors unite against pushback policy

meme: Zè Heckler