Ittri lill-Prim Ministru

afalzon

Onorevoli Prim Ministru,

Bħala ċittadin Malti u bħala bniedem ma nistax ma noġġezzjonax bl-ikbar qawwa għad-deċiżjoni tiegħek li tibgħat lura immigranti li ħarbu miċ-ċirkostanzi traġiċi tagħhom għal mewta ċerta.

Nittama li tirrealiżża, lilhinn mir-retorika popolista u faxxista tal-massa, li dan l-att tiegħek, minbarra li hu illegali u krudili, ser iħalli fuq idejk it-tbajja tad-demm ta’ vittmi innoċenti, li minflok tajthom il-protezzjoni u d-drittijiet li ħaqqhom, bgħatthom lura f’ħalq il-mewt.

Dawn in-nies ma tellgħukx fil-poter, għax poter m’għandhomx. Inti, min-naħa l-oħra, għandek il-poter, apparti d-dmir, li ttihom il-protezzjoni li ħaqqhom. Jekk trid tagħmel punt politiku, agħmlu mal-politċi, mhux b’ħajjet in-nies vulnerabbli. Ċertament mhux f’ismi.

Sadanittant, tgħoddnix tiegħek, bl-ebda mod.

Karl Schembri


Onorevoli Priministru,

bħala ċittadin Malti li kkontribwixxa għan-Nazzjon immexxi minnek anki artistikament, u li ħafna drabi sab ruħu jirrappreżenta lil dan in-Nazzjon f’avvenimenti kulturali, nixtieq nappellalek tikkonsidra twarrab kwalunkwe pjan li rifuġjati li jispiċċaw f’pajjiżna jintbagħtu lura mnejn ikunu telqu. Nifhem li l-ħsieb tiegħek huwa li jiġi salvagwardjat l-hekk imsejjaħ interess nazzjonali, iżda jidhirli, bħala ċittadin Malti, Ewropew u Dinji, anzi qabel xejn bħala bniedem, li dan l-interess m’għandu qatt jisboq li l-interess uman u umanitarju.

Tislijiet

Immanuel Mifsud

imifsud


Honourable Prime Minister,

Today I lived the darkest political day, feeling vulnerable and powerless to your political antics. I am glad that the rule of law prevailed, and that responsible people are keeping watch where responsibility is so disgracefully lacking.

Indeed, I hoped with positivity for a Malta that is truly ours, whilst being all too well aware that really, ‘ours’ was very nationalistically defined. Until my country is welcoming to those who need its protection, I can never feel it is mine either.

Lou Ghirlando


Onorevoli Prim Ministru,

Nistiednek tara dan id-dokumentarju biex tkun iktar infurmat dwar lejn xiex il-Gvern Malti kien se jerġa’ jibgħat ir-refuġjati Somali.

Come un uomo sulla terra

Caldon Mercieca


Onorevoli Prim Ministru,

Nixtieq inżid il-vuċi tiegħi ma’ dik ta’ Karl Schembri. Nixtieq fuq kollox nesprimi disprezz, mhux biss għall-mod kif ittieħdet din id-deċiżjoni, iżda għall-mod kif, wara li kellha tkun il-qorti li tfakkrek fil-limiti tal-poter tiegħek, inti kellek il-wiċċ titkellem dwar l-irfigħ ta’ “responsabbiltà”, meta kont abdikajt mir-responsabbiltà bosta sigħat qabel.

Illum, tinsab imċekken tassew.

Albert Gatt


Nixtieq nirrinunzja għaċ-ċittadinanza li tpoġġini fl-istess qoffa ma’ min hu mwerwer mill-“invażjonijiet”.
Ħadd qatt ma jaħseb li spiss hija purament biss b’ċans, b’ċikka li ninsabu fuq art u mhux oħra? Li twelidna daż-żmien u mhux ieħor? Li inzerta l-bniedem għażel kulur ċar għall-ġilda li kellha tiddomina l-oħrajn? Li “l-għedewwa” huma dawk fostna li jisfruttaw lil ta’ maġenbhom, dawk li jaraw kif jaqilgħu lira minn fuq dahar kullħadd, dawk li jaraw kif ma jħallsux lira waqt ħajja sħiħa parassiti fuq l-art li tant jiddefendu bi ħġarhom, dawk li jfottu pajjiż bil-bini jgħaffeġ din l-art ħelwa, il-kuntratturi li jżommu pajjiż fil-ponn, il-maħmuġin li jimlew pajjiż skart u l-oħrajn li jbiegħu sal-iċken art lil min jilbes illamtat.
Xi darba tasal Malti biex tifhem li xejn mhu tiegħek la din l-art, la d-dar fejn tgħix u lanqas il-flus li taqla’?
Ma hemm ebda għadu barra minn xtutek.
Fittxu, minflok, fil-qiegħ ta’ min int.

Annalise Falzon

memes: Zè Heckler